Il-Ħajja f’Għawdex

Il-Ħajja f’Għawdex Rivista minn u dwar Għawdex. Ġrajjiet kurrenti u artikli informattivi ta’ natura Għawdxija.

“Dan il-mistrieħ fis-skiet tat-talb ma jeskludix il-ħsieb u I-interess li nesprimu flimkien f'relazzjoni ma' qraba, ġiri...
19/03/2025

“Dan il-mistrieħ fis-skiet tat-talb ma jeskludix il-ħsieb u I-interess li nesprimu flimkien f'relazzjoni ma' qraba, ġirien jew ħbieb f’laqgħat magħhom kif ukoll rikreazzjoni. Dan mhux għazz jew ħin moħli, I-iktar jekk dan ikun ma' min ikollu bzonn xi għajnuna.”

Aqra aktar dwar il-bżonn tal-ħin għall-mistrieħ kif jispjegalna Mons. Grima fuq paġna 29.



L-apprezzament dwar Mons. Emanuel Curmi li deher f'ħarġa riċenti tar-Rivista wara l-mewt tiegħu spiċċa mdendel fuq wieħe...
12/03/2025

L-apprezzament dwar Mons. Emanuel Curmi li deher f'ħarġa riċenti tar-Rivista wara l-mewt tiegħu spiċċa mdendel fuq wieħed mill-ħitan tad-daħla ta' Dar Arka! Kemm hu sabiħ li nuru gratitudni lejn is-saċerdoti tagħna u l-ministeru li jkunu wettqu f'ħajjithom! Niftakru f'ruħ Dun Manwel fit-talb tagħna.

07/03/2025

Ħarsa ħafifa lejn l-artikli prinċipali fl-edizzjoni ta' Frar 2025

🎬 Anthony Grech

05/03/2025

Tagħrif minn dokument mill-Arkivju ta’ Għawdex pubblikat fl-aħħar ħarġa ta’ Il-Ħajja f’Għawdex.

A document from our Gozo Archive that featured in the latest edition of Il-Ħajja f’Għawdex.

Mill-ħarġa ta’ Frar tar-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex żgur li jiġbed l-għajn dritt ir-ritratt tal-qoxra, minn Daniel Cilia,...
02/03/2025

Mill-ħarġa ta’ Frar tar-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex żgur li jiġbed l-għajn dritt ir-ritratt tal-qoxra, minn Daniel Cilia, li juri dehra mill-għoli tal-gżejjer Maltin, b’Għawdex fuq quddiem. F’dan in-numru tista’ taqra wkoll fuq il-viżjoni tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex, 25 sena wara t-twaqqif tagħha, kif ukoll issib intervista li kienet saret lill-poeta Ġorġ Pisani. Kummentarju mħejji mill-Fondazzjoni OASI jittratta l-pjaga tad-droga, li b’xorti ħażina tmiss ukoll lill-gżira tagħna.

🛒 Ixtri l-kopja tiegħek mill-ħanut ta’ Emmaus fi Pjazza San Franġisk jew Book and Art Shop fi Triq Vajrinġa, il-Belt Victoria, jew ġedded l-abbonament għall-2025 hawn: https://forms.office.com/e/UUmb4EthCh.

The Gozo Business Chamber

15/02/2025
"Il-pożizzjoni ġeografika ta’ Malta tgħin ferm biex ikollna fawna pelaġika mill-aktar rikka. X’inhuma r-raġunijiet għal ...
14/02/2025

"Il-pożizzjoni ġeografika ta’ Malta tgħin ferm biex ikollna fawna pelaġika mill-aktar rikka. X’inhuma r-raġunijiet għal dan? Il-Baħar Mediterran għandu fetħa waħda naturali biss, li hija l-Istrett ta’ Ġibiltà, u li tgħaqqdu mal-Oċean Atlantiku. Fis-seklu 19 inħolqot fetħa oħra fil-lvant permezz tal-Kanal ta’ Suez, li għaqqdet il-Baħar Mediterran mal-Baħar l-Aħmar. "

Skopri aktar dwar dan l-artiklu f'paġna 29 fil-ħarġa ta' Jannar.🌊





09/02/2025

Kull xahar se nkunu qed intellgħu fuq din il-Paġna filmat b'ħarsa ħafifa lejn l-artikli prinċipali fl-edizzjoni li tkun ħarġet. Hawn nagħtu daqqa t'għajn lejn in-numru ta' Jannar 2025.

🎬 Anthony Grech

30/01/2025

Il-Ħajja f’Għawdex, Jannar 2025, Nru 1064

Il-qoxra tal-ewwel ħarġa tar-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex għas-sena 2025 tikxef mill-ewwel l-intenzjonijiet tagħha li titt...
25/01/2025

Il-qoxra tal-ewwel ħarġa tar-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex għas-sena 2025 tikxef mill-ewwel l-intenzjonijiet tagħha li tittratta s-suġġett jaħraq tal-iżviluppi proposti għall-Forti Chambray, wieħed mis-simboli arkitettoniċi tal-gżira Għawdxija. Dan hu kkonfermat minn tal-inqas żewġ artikli fuq ġewwa tal-ħarġa. Naqraw ukoll dwar mawriet ta’ korijiet Għawdxin barra minn xtutna, kif ukoll dwar il-ħajja u l-kitbiet tal-poetessa Għawdxija Mary Mejlak, waqt li qed jidher għall-ewwel darba “Innu tagħna l-Għawdxin” li ħallielna l-mibki mużiċist Stephen Attard li miet ftit tax-xhur ilu.

🛒 Ixtri l-kopja tiegħek mill-ħanut ta’ Emmaus fi Pjazza San Franġisk jew Book and Art Shop fi Triq Vajrinġa, il-Belt Victoria, jew ġedded l-abbonament għall-2025 hawn: https://forms.office.com/e/UUmb4EthCh.

Żebbuġ Gozo Parish Din L-Art Ħelwa - Għawdex Daniel Cilia

24/01/2025

📜 Trid taf aktar dwar l-istorja tar-Rivista Il-Ħajja f'Għawdex? 📺 Ara x'qal dwar hekk l-Editur Francesco Pio Attard fil-programm ta' Antonella Vassallo "Għaddi s'hawn" fuq TVM nhar it-Tlieta 21 ta' Jannar 2025

21/01/2025

Qatt ma kien daqshekk faċli daqs illum biex tabbona fir-Rivista Il-Ħajja f'Għawdex. 💳 Jekk għandek Revolut, dan tista' tagħmlu online billi tagħfas hawn: https://forms.office.com/e/UUmb4EthCh.

20/01/2025

"…Il-Knisja hija realtà ħajja…"

Araw x’kellha xi tgħid Alessandra Dee Crespo, opinjonista u amministratriċi tal-paġna Benedict XVI - The Court of the Gentiles, waqt il-Konferenza Benedittu XVI.

16/01/2025

Silta mill-intervent ta’ André P. Debattista waqt il-Konferenza Benedittu XVI.

Ilbieraħ il-Fondazzjoni Il-Ħajja f'Għawdex żammet il-Laqgħa Ġenerali Annwali fil-Board Room tal-Kurja tal-Isqof. Wara li...
16/01/2025

Ilbieraħ il-Fondazzjoni Il-Ħajja f'Għawdex żammet il-Laqgħa Ġenerali Annwali fil-Board Room tal-Kurja tal-Isqof. Wara li nqraw ir-Rapport Amministrattiv u r-Rendikont Finanzjarju għas-sena 2024, ingħatat ħarsa lejn proġetti futuri, u fl-aħħar saret l-elezzjoni għall-Kumitat il-ġdid, immexxi mill-President is-Sur Joe W. Psaila.

Address

Lumen Christi Media Centre, Triq Fortunato Mizzi
Victoria
VCT2579

Telephone

+35679851118

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Il-Ħajja f’Għawdex posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Business

Send a message to Il-Ħajja f’Għawdex:

Videos

Share

Category