27/03/2018
https://m.facebook.com/story.php?story_fbid=1323908134377341&id=610447062390122
"Ilna 57 sena miftuħin hawn. Illum jiena għandi 75 sena u bqajt niġi hawn għax moħħi xorta hawn ikun. Issa ddeċidejt li wasal iż-żmien li nagħlaq.
Kien tal-papa' u konna bdejna bil-ħwejjeġ. Ta' 18-il sena wara li spiċċajt il-Lyceum kont se nitlaq il-Kanada għax kelli l-kuġini hemm. Imma l-papa' fetaħ dan il-ħanut għall-familja u bdejt naħdem hawn. Thank God. Ma jiddispjaċinix li ħadt dan ix-xogħol. Kont dejjem naqra fuq il-moda fuq il-magazines u kont immur nixtri l-ħwejjeġ minn barra. Ma tridx taqta' qalbek. Il-mara kienet ta' motivazzjoni għalija. Kienet ħelwa, tħobb il-moda u kienet tiġi hawn il-ħanut tkompli man-nies. Sfortunatament mietet 29 sena ilu.
Għall-bidu l-ħanut kien jismu "La Fayette", għax qabel il-papa' l-ħanut kien ta' businessman Lhudi. Xtaqna nżommu l-isem imma ġa kien hemm ħanut ieħor bl-istess isem tal-istess sid. Darba missieri kien qed jaqra artiklu fuq gazzetta Ingliża u laqtu l-isem ta' waħda jisimha Lysette. Kien simili għall-ieħor u għażilna lilu.
Id-dispjaċir jiġi meta bħalissa qed jiġu l-klijenti u jgħidulna "x'se tagħmlulna, konna niġu l-Belt għalikom". Kienu jiġu għax isibulna minn kollox u fuq kollox għax kellna relazzjoni tajba mal-klijenti kollha. Qed iqabbduna ħafna nostalġija." - Charles u Carrol
✠ ✠ ✠
“We’ve been here for 57 years. Now I’m 75 years old but I still come here. Otherwise, I won’t be at peace. Now I’ve decided to close down.
This belonged to my father. It was a clothes shop. After I finished the Lyceum at 18 years of age, I was about to leave to Canada because there were some cousins there. Then my father opened this shop to support his family and I started working here. I’ve never regretted my decision. Thank God. I’ve always liked to read magazines about fashion and I used to get clothes myself from overseas. You can never give up. My wife was my greatest motivation. She was beautiful, loved fashion and came to the shop to help customers. Unfortunately, she passed away 29 years ago.
At first, the shop was called “La Fayette” because before my father took the shop, it belonged to a Jewish businessman. We wanted to keep the same name but there was already another shop with the same name and the same owner. One day, my father was reading an article from an English newspaper and he was struck by the name “Lysette”. It’s very similar to the original one and so we chose “Lysette”.
I’m saddened when customers at the shop tell me, “What are you going to do to us? We used to come to Valletta just for you.” They came here because they found everything and because we have a good relationship with our clients. They’re making me feel nostalgic.”