07/10/2023
SA Publishing bi pjaċir tħabbar it-tnedija, tal-Ewwel Volum tal-Alfabett tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, Volum A-D u Ċelebrazzjoni ta’ Ħajjet l-Imħallef Philip Sciberras; liema okkażjoni ser tiġi ċċelebrata nhar il-25 ta’ Ottubru 2023 fis-6.30pm ġewwa l-Aula Magna fil-bini tal-Universita` l-Antika.
F’din l-okkażjoni ser ikun hemm ġudikanti, kollegi u ħbieb ta’ Philip li ser jaqsmu xi ħsibijiet dwaru.
Wara t-tnedija ser ikun hemm riċeviment qasir. Kopji tal-ktieb ser ikunu jistgħu jiġu akkwistati dakinhar.
Philip Sciberras Sciberras Associates Advocates