L-Għanja Tal-Poplu

L-Għanja Tal-Poplu Web www.ghanjatalpoplu.org
L-Għanja tal-Poplu 1973-2025
( Id-49 Edizzjoni)
Is-Sibt 2 ta' Awwissu 2025 The first edition took place in Valletta in 1973.

L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija

L-Għanja tal-Poplu is a festival of original songs in Maltese. The festival is currently in its 46th Edition. The voluntary organisation L-Għanja tal-Poplu resides at 227, Triq il-Merkanti Valletta, Malta. At present L-Għanja tal-Poplu is organised in collaboration with Pjazza Teatru Rjal and is supported by Arts Council Malta - Investment in C

ultural Organisations ico Valletta Foundation

L-Għanja tal-Poplu

L-Għanja tal-Poplu ra l-bidu tiegħu fl-1973 bħala festival ta' kanzunetti folk organizzat mill-Youth Travel Circle fil-Belt Valletta; klabb li kien jilqa’ fih membri minn madwar Malta kollha. Il-festival kien mezz biex iħajjar awturi u kompożituri joħolqu u jinterpretaw kanzunetti bil-Malti u jinterpretawhom fil-publiku. L-għażla tal-kanzunetti finalisti kienet issir billi l-parteċipanti jinterpretaw il-kanzunetta tagħhom bil-vuċi u bil-kitarra quddiem ġurija. Anke waqt il-festival, il-kanzunetti kienu jkunu akkumpanjati live mill-parteċipanti stess. Fost il-parteċipanti tal-ewwel edizzjonijiet tal-festival insibu lil Manwel Mifsud, Joe Friggieri, George Cassola, Walter Micallef, Sammy Bartolo, Merga, Evarist Bartolo u oħrajn. L-għan tal-festival dejjem kien li jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ kanzunetti bl-ilsien Malti, iktar mill-kompetizzjoni. Il-premju lill-awturi tal-kanzunetta rebbieħa kienet tazza tal-fidda. Fl-1987, il-festival beda’ jittella' fuq bażi nazzjonali u giet introdotta l-orkestra. Fil-bidu tas-snin disgħin fil-festival bdiet tintuża il-mużika rrekordjata fl-istudios. Barra premju għall-ewwel post bdew jingħataw premjijiet għall-kanzunetti klassifikati fit-tieni u t-tielet post u premjijiet speċjali għall-aħjar interpretazzjoni u l-aħjar tema soċjali. F’dawn is-snin waqt il-festival beda jingħata wkoll ir-rikonoxximent imsejjaħ L-Għanja li Tibqa’ lill- personalitajiet li jkunu taw kontribut fit-tul lill-kanzunetta Maltija. Fost il-kanzunetti li spikkaw fis-snin disgħin kien hemm Pajjiż tal-Miki Maws (John Bundy - Martin Attard), It-Teatru (Enzo Gusman), Allerġija għall-Bnedmin (Mark Tonna - Rene' Mamo), Kemm Jien Beżżul (Philip Vella - Joe M. Farrugia), It-Tfal ta’llum (Eleonor Cassar u Glen Vella - Paul Ellul, Chan Vella) u Tisimgħu Tissaħħar (Frans Baldacchino l-Budaj u Priscilla Psaila). Fl-aħħar snin spikkaw il-kanzunetti L-Uffiċju (Brikkuni), Malta Tiegħi (Kultural), Tal-Aħħar ( Corazon Mizzi, Walter Micallef) u l-kanzunetta Jien ma Naħdimx (Karen Debattista - Rita Pace, Mark Scicluna). Kien f’dawn l-istess snin li giet iffurmata l-organizzazzjoni L-Għanja tal-Poplu li permezz tal-ħidma kontinwa tagħha baqa’ jtella’ dan il-festival sena wara l-oħra filwaqt li jippromwovi l-kanzunetta Maltija. Il-festival issa wasal fl-44 edizzjoni tiegħu, u minkejja' li għadda iż-żmien xorta’ għadu jattira artisti żgħażagħ kif wkoll artisti ta' esperjenza. Intant diversi artisti ppublikaw albums ta’ kanzunetti bil-kanzunetti li ħadu sehem bihom fl-Għanja tal-Poplu. F’dawn l-aħħar snin, bis-sapport tal-Kunsill Malti għall-Arti, l-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu setgħet torganizza dan il-festival b’mod iktar professjonali u hekk itejjeb il-kwalita’ tal-kanzunetta Maltija. Il-kumitat L-Għanja tal-Poplu matul is-sena jaħdem fil-qrib mal-kompożituri u l-awturi, kif ukoll maż-żgħażagħ, u jinkoraġġihom jiktbu kanzunetti bil-Malti ta’ kwalita’. Hekk din il-għaqda żammet ħajja u sostniet lill-kanzunetta Maltija matul is-snin u llum L-Għanja tal-Poplu għandu legat ta ‘l fuq minn 44 sena. Għalkemm inbidlu ż-żminijiet, il-festival L-Għanja tal-Poplu għadu relevanti u jkun mistenni minn sena għall-oħra kemm mill-awturi, kompożituri u kantanti tal-kanzunetta Maltija, kif wkoll mill-publiku Malti li jattendi għall-festival jew isegwih fuq it-TV u l-media socjali.

03-Oct-2019

🎆Tista' ssegwi l-kanzunetti tas-serati tal-Festival di San Remo minn dan is-sit www.rai.it/programmi/sanremo/📨Jekk laqti...
15/02/2025

🎆Tista' ssegwi l-kanzunetti tas-serati tal-Festival di San Remo minn dan is-sit www.rai.it/programmi/sanremo/
📨Jekk laqtitek xi kanzunetta, tista' tikteb hawn:

13/02/2025

Dinja Mgħaġġla
🎤 Tony Camilleri
🖋️Carmen Dimech
🎵Carmelo Zammit
💿 L-Għanja tal-Poplu 1995

07/02/2025

Għanja Maltija
🎤 Ina Robinich u Claudette Pace
🖋️ Sunny Aquilina
🎵 Andrew Zahra

05/02/2025

Nixtieq li Qiegħed Ħdejja
🎤 Marisa D'Amato
🖋️ Joe Chircop
🎵 Renato Briffa

04/02/2025

Lampa Stampa
🎤 Joe Demicoli
🖋️ Catherine Chircop
🎵 Marie Louise Vella
💿 L-Għanja tal-Poplu 2001

03/02/2025

Sieħbi fil-Cupboard tal-Kċina
🎤 Walter Micallef (Kantawtur)
💿L-Għanja tal-Poplu 2001

🎶 ĦU SEHEM F'L-GĦANJA TAL-POPLU 2025  🎶Inti awtur, kompożitur, kantawtur jew membru ta’ grupp mużikali? Dan huwa ċ-ċans ...
31/01/2025

🎶 ĦU SEHEM F'L-GĦANJA TAL-POPLU 2025 🎶
Inti awtur, kompożitur, kantawtur jew membru ta’ grupp mużikali? Dan huwa ċ-ċans tiegħek biex tkun parti mid-49 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu.
📅 Is-Sibt, 2 ta’ Awwissu 2025
📍 Pjazza Teatru Rjal
🎻 Akkumpanjament live mill-Malta Concert Orchestra
🔹 Għaliex tipparteċipa?
✅ Semma’ leħnek permezz tal-kanzunetta bil-Malti🎤
✅ Wassal il-kanzunetta tiegħek lil udjenza aktar wiesgħa 🎧
✅ M’hemmx restrizzjonijiet fuq it-tema jew l-istil – importanti biss li l-kanzunetti jkunu oriġinali, bil-Malti u ta’ kwalità! 💫

📥 Is-sottomissjonijiet online jibdew mill-1 ta’ Marzu sas-16 ta’ April 2025!
🔗Ir-regolamenti jinsabu fis-sit: www.ghanjatalpoplu.org/regolamenti2025.

1.1 Il-festival L-Għanja tal-Poplu 2025 huwa festa ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti, interpretati u akkumpanjati live bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra.

31/01/2025

Tisimgħu Tissaħħar
🎤 Frans Baldacchino u Priscilla Psaila
🖋️ Frans Baldacchino
🎵 Priscilla Psaila
💿 L-Għanja Tal-Poplu 2001

30/01/2025

Riflessi
🎤 Teddie Zammit 🖋️ (Kantawtur) 🎵
Arranġament mużikali: Mariella Cassar, Fabrizio Giorgio

Ħarġu r-regolamenti ta'L-GĦANJA TAL-POPLU 2025Idħol fis-sit www.ghanjatalpoplu.org/regolamenti2025Inħajru l-awturi, komp...
28/01/2025

Ħarġu r-regolamenti ta'
L-GĦANJA TAL-POPLU 2025
Idħol fis-sit www.ghanjatalpoplu.org/regolamenti2025
Inħajru l-awturi, kompożituri, gruppi, kantanti u kantawturi jieħdu sehem bil-kanzunetti tagħhom. Il-kanzunetti jintlaqgħu sa nofs April.

ghtp2024-12-10T11:27:21+01:00Il-Kantanti Finalisti 2024ghtp2024-12-10T11:27:21+01:00July 21st, 2024|0 CommentsIR-REBBIEĦA TAT-48 EDIZZJONI TA’ L-GĦANJA TAL-POPLU L-Għanja tal-Poplu ttella’ nhar is-Sibt 3 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, fejn instemgħu s-sittax-il kanzunetta finalista...

25/01/2025

X'Affarijiet Dawn
🎤Enzo Gusman
ma' Vince Aquilina, J.C. Azzopardi u J.B. Grech
🖋️Enzo Gusman u Edward Briffa
🎵Edward Briffa
💿L-Għanja tal-Poplu 2000

24/01/2025

Kif Deherli Jien
🎤 Walter Micallef (Kantawtur)

22/01/2025

Issa Naf
🎤 Debbie Scerri
🖋️ Alfred E. Baldacchino
🎵 Marika Axisa
💿L-Għanja tal-Poplu 2000

21/01/2025

It-Tfal Tal-Lum
🎤 Glen Vella u Eleanor Cassar
🖋️Paul Ellul
🎵 Chan Vella
💿 L-Għanja tal-Poplu 2000

20/01/2025

Dak Li Għidtli Dakinhar
🎤 Nadine Axisa
🖋️Joe Friggieri
🎵Dominic Galea
💿 L-Għanja tal-Poplu 2000

19/01/2025

Kif Niftaħ Għajnejja
🎤Leontine Spiteri
🖋️Paul Ellul
🎵Mark Spiteri Lucas
💿minn L-Għanja Tal-Poplu 2000

L-Għanja tal-Poplu 2025 se jittella' fit-2 ta' Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Il-k...
14/01/2025

L-Għanja tal-Poplu 2025 se jittella' fit-2 ta' Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Il-kanzunetti se jintlaqgħu sa nofs April. Inħajru lill-Awturi, kompożituri u kantawturi biex jieħdu sehem.

ghtp2024-12-10T11:27:21+01:00Il-Kantanti Finalisti 2024ghtp2024-12-10T11:27:21+01:00July 21st, 2024|0 CommentsIR-REBBIEĦA TAT-48 EDIZZJONI TA’ L-GĦANJA TAL-POPLU L-Għanja tal-Poplu ttella’ nhar is-Sibt 3 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, fejn instemgħu s-sittax-il kanzunetta finalista...

Address

Valletta

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when L-Għanja Tal-Poplu posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Business

Send a message to L-Għanja Tal-Poplu:

Videos

Share

Category