NET FM

NET FM NET FM is Malta's vibrant radio station playing current hits & 70s,80s, 90s & 00s tunes.

Bonġu Maltin u Għawdxin 💪😉🎶🎶🎶🎶Qumu minn hemm ghax skorra l-ħin!!!!Bill-goff skorra l-ħin!!!!!! 😁Indri live
20/02/2025

Bonġu Maltin u Għawdxin 💪😉🎶🎶🎶🎶
Qumu minn hemm ghax skorra l-ħin!!!!
Bill-goff skorra l-ħin!!!!!! 😁
Indri live

Fil-progamm Leħen il-bidwi u s-sajjied ta' għada l-Ħamis 20 ta’ Frar, 2025, il-mistiedna tagħna se tkun Riana Azzopardi,...
19/02/2025

Fil-progamm Leħen il-bidwi u s-sajjied ta' għada l-Ħamis 20 ta’ Frar, 2025, il-mistiedna tagħna se tkun Riana Azzopardi, mir-Rabat Malta, u se niddiskutu magħha t-trobbija tal-baqar, u l-prodotti tal-ħalib.

Nitkellmu dwar ix-xogħol tat-trobbija tal-baqar, kif iż-żgħazagħ iħarsu lejn dan is-settur, l-għalf, l-għoġġiela, l-ispezzjonijiet tal-veterinarji, it-testijiet qabel il-ħalib jgħaddi għand il-konsumatur, u fuq kollox għaliex żgħazagħ bħal Riana għażlu li jidħlu f’dan is-settur.

Dan kollu u aktar fil-programm Leħen il-Bidwi u s-Sajjed, għada bejn is-18:30 u s-19:30 fuq NET FM, flmkien max-Shadow Minister tal-Agrikoltura u Sajd, l-Onorevoli Toni Bezzina u Antoine Attard.

Fil-programm Il-Personaġġ tal-Ġimgħa tal-lejla u l-ġimgħa d-dieħla se niltaqgħu mar-re tar-Rock 'n Roll f'Malta Freddie ...
19/02/2025

Fil-programm Il-Personaġġ tal-Ġimgħa tal-lejla u l-ġimgħa d-dieħla se niltaqgħu mar-re tar-Rock 'n Roll f'Malta Freddie Portelli.

Għadda tfulitu u żogħżitu San Pawl il-Baħar. Il-professjoni tiegħu kienet ta' draughtsman mad-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi. Kien ukoll jilgħab il-waterpolo mas-Sirens, Neptunes u Valletta. Għamel suċċess kbir permezz tal-kant, l-ewwel mal-Malta Bums, imbagħad mal-grupp Black Train u wara bħala solista. Jikteb il-kanzunetti tiegħu, l-aktar waħda popolari li anki nbiegħet barra minn Malta: VIVA MALTA.

Dan u aktar illejla fis-18:30 fuq NET FM.

Marbeck Spiteri bħalissa live bil-programm Brunch sal-ħin ta' 12:00.
19/02/2025

Marbeck Spiteri bħalissa live bil-programm Brunch sal-ħin ta' 12:00.

Bonġu ħbieb 💪💪😉🎶🎶🎶🎶Li tqum filgħodu hija grazzja, li nkun maghkom grazzja ikbar.Indri live
19/02/2025

Bonġu ħbieb 💪💪😉🎶🎶🎶🎶
Li tqum filgħodu hija grazzja, li nkun maghkom grazzja ikbar.
Indri live

Buon giorno amici 💪💪😉🎶🎶🎶🎶🎶Qum u iftaħlu 😊Indri live
18/02/2025

Buon giorno amici 💪💪😉🎶🎶🎶🎶🎶
Qum u iftaħlu 😊
Indri live

L-għodwa t-tajba lil kulħadd 💪💪🎶🎶Indri live
17/02/2025

L-għodwa t-tajba lil kulħadd 💪💪🎶🎶
Indri live

Illejla l-programm Ritmo Italiano jagħti ħarsa lejn Sanremo 2025 fejn se nsegwu l-ewwel għoxrin kanzunetta klassifikati ...
16/02/2025

Illejla l-programm Ritmo Italiano jagħti ħarsa lejn Sanremo 2025 fejn se nsegwu l-ewwel għoxrin kanzunetta klassifikati fil-75 edizzjoni li ntemmet ilbieraħ bir-rebħa ta' Olly bil-kanzunetta Balorda nostalgia

Is-Sur James Licari, konservatur u restawratur se jkun il-mistieden fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-lum, 16 ta’ Frar 202...
16/02/2025

Is-Sur James Licari, konservatur u restawratur se jkun il-mistieden fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-lum, 16 ta’ Frar 2025. Huwa se jitkellem dwar il-professjoni tiegħu u l-esperjenzi ta’ ħidma kif ukoll fuq ir-riċerka li ppubblika.

Is-Sur James Licari għandu grad ta’ baċellerat fl-istudji tal-konservazzjoni u r-restawr, kif ukoll maġisteru fl-immaniġjar kulturali. Huwa l-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Konservaturi u Restawraturi Professjonali.

Huwa l-viċi-president tal-Kunsill Malti Internazzjonali tal-Mużewijiet. Għal xi żmien kien is-Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill Malti Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Siti u Monumenti. Attwalment huwa l-President of Malta Federation of Profession Association. Huwa wkoll part-time visiting lecturer fl-MCAST.

James Licari se jgħid għala studja fuq ir-restawr tal-metall, ċermaika u l-ġebla fost oqsma oħra. X’waslu li studja l-konservazzjoni? Xi sfidi jsib fil-ħidma tiegħu, u kif qed jara x-xenarju jiżviluppa mqabbel mal-passat?

Huwa jitkellem ukoll fuq l-istudji u riċerka li għamel għall-pubblikazzjoni ta’ diversi papers akkademiċi, fosthom fuq il-konservazzjoni u r-restawr fuq il-bronż u l-bieb tal-ħadid tal-knisja tal-Madonna Damaxena fil-Belt .Jitkellem ukoll fuq il-monumenti li hemm fiċ-ċimiterju ta’ Marija Addolorata, kif ukoll fuq il-qanpiena marittima li kienet instabet fuq HMS Oakley 1941, paper li James Licari kiteb flimkien mal-Prof. Timothy Gambin. Lejn tmiem il-programm, Licari jiffoka wkoll fuq ir-riċerka li għamel fuq il-monumenti li hemm fil-ġnien tal-Mall fil-Floriana.

‘Mill-Arkivji’ jixxandar illejla fuq NET FM fis-7pm bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas. Dawn il-programmi jinsabu aċċessibbli fuq Mill-Arkivji - NET On Demand u fuq https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/117884

Il programm Marċi u Bandalori tal-lum se jkun dedikat lill-Għaqda Mużikali San Ġużepp t'Għajnsielem Għawdex.Fl-istudios ...
16/02/2025

Il programm Marċi u Bandalori tal-lum se jkun dedikat lill-Għaqda Mużikali San Ġużepp t'Għajnsielem Għawdex.
Fl-istudios ta' NET FM jingħaqad il-president Elvin Tabone.

Illum fin-12:30pm fuq NET FM.

Reġa' wasal is-Sibt; dan ifisser li jien Tony Xuereb qiegħed hawn għal Hits & Score ieħor mill-4 sas-6pm...ejja minn hem...
15/02/2025

Reġa' wasal is-Sibt; dan ifisser li jien Tony Xuereb qiegħed hawn għal Hits & Score ieħor mill-4 sas-6pm...ejja minn hemm! 📻🎧🎵⚽️

Bonġu għal weekend ieħor ma' NET FM, flimkien sad-9am ma' Sergio Carbonaro 📻😊
15/02/2025

Bonġu għal weekend ieħor ma' NET FM, flimkien sad-9am ma' Sergio Carbonaro 📻😊

Il-Maltin bħala poplu, kemm iħobbu jsiefru? Liema safar iħobbu l-Maltin? X'tip ta'  turist huwa l-Malti meta jsiefer?Dwa...
14/02/2025

Il-Maltin bħala poplu, kemm iħobbu jsiefru?
Liema safar iħobbu l-Maltin?
X'tip ta' turist huwa l-Malti meta jsiefer?

Dwar dan u aktar ser ikun diskuss waqt il-programm Hekk Naħsibha Jien flimkien ma' Tano Vella, l-mistednin tiegħu, u magħkom is-semmiegħa, għada s-Sibt bejn id-9:00 u l-10:30 fuq NET FM.

Bonġu ħbieb 💪🎶🎶 breakfast tajjeb u iftaħlu 🎶Indri live
14/02/2025

Bonġu ħbieb 💪🎶🎶 breakfast tajjeb u iftaħlu 🎶
Indri live

Fil-programm Leħen il-Bidwi u s-Sajjied li se jinstema fuq Net FM għada l-Ħamis 13 ta’ Frar fis-18:30, se jkollna bħala ...
12/02/2025

Fil-programm Leħen il-Bidwi u s-Sajjied li se jinstema fuq Net FM għada l-Ħamis 13 ta’ Frar fis-18:30, se jkollna bħala mistieden lil Dr Antoine Sacco - Senior Lecturer fix-Xjenza u l-ġestjoni tal-ħamrija, il-mikrobijoloġija u l-prattika tajba tal-Agrikoltura, fl-Universita ta’ Malta.

Ma Dr Sacco sejrin nitkellmu dwar kif tifforma l-ħamrija, għaliex hija importanti għal biedja, liema huma s-seba’ kwalitajiet differenti tal-ħamrija maltija, l-organiżmi ħajjin li jgħixu fil-ħamrija, id-demel li għandna naghtu lil ħamrija, l-elimenti ewlenin bħal Nitrat, Fusfat u Potassa u kif għandhom jingħataw.

Dan kollu u iżjed għada bejn is-18:30 u s-19:30 fuq NET FM.

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Toni Bezzina, Shadow Minister għall-Agrikoltura u Sajd u Antoine Attard.

Fil-programm Il-Personaġġ tal-Ġimgħa, llejla se nfakkru lill-awtur, lingwista, xandar, Dekan tal-Fakultà tal-Malti u Lin...
12/02/2025

Fil-programm Il-Personaġġ tal-Ġimgħa, llejla se nfakkru lill-awtur, lingwista, xandar, Dekan tal-Fakultà tal-Malti u Lingwi Orjentali, eċċ, il-Professur ĠUŻÈ AQUILINA.

Nisimgħu intervista li kienet saritlu fl-istudju tiegħu f'Ħal Balzan mill-preżentatur stess fi Frar tal-1995, sentejn u nofs qabel mewtu.

Dan u aktar illejla waqt il-programm Il-Personaġġ tal-Ġimgħa fis-18:30.

Bonġu lil kulħadd 💪😊🎶🎶Indri live
12/02/2025

Bonġu lil kulħadd 💪😊🎶🎶
Indri live

Address

Herbert Ganado
Tal-Pietà
PTA1450

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when NET FM posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Videos

Share

Category

NET FM

NET FM is Malta’s vibrant radio station playing current hits and tunes from the 80s, 90s and 00s followed with discussions on current issues and more.