SKS Publishers

SKS Publishers SKS Publishers SKS is a publishing house based in Malta specialising mainly in the genres of history, literature, political theory, culture, and biography.

SKS strives to inform and educate the general public by publishing high-quality books based on a liberal understanding of life, history and literature, to provide writers and researchers of a similar persuasion the opportunity to publish their works, and to contribute towards the social, cultural, intellectual and national enrich.

Prof. Raymond Mangion jiffirma kopji ta’ MALTA REPUBBLIKA – Id-Dibattiti Parlamentari.  Pubbliku numeruż dalgħodu attend...
13/12/2024

Prof. Raymond Mangion jiffirma kopji ta’ MALTA REPUBBLIKA – Id-Dibattiti Parlamentari. Pubbliku numeruż dalgħodu attenda ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista il-Ħamrun biex jakkwista kopja ta’ dan il-ktieb bid-dibattiti Parlamentari ta’ 50 sena ilu fil-Parlament meta Malta saret Repubblika. Il-ktieb huwa illustrat b’ritratti ta’ membri Parlamentari taż-żewġ naħat tal-Kamra jieħdu l-ġurament ta’ lealtà lejn ir-Repubblika ta’ Malta.

IPPUBBLIKATI D-DIBATTITI PARLAMENTARI TA’ MALTA REPUBBLIKAProf. Raymond Mangion, li kiteb Studju dwar il-Kostituzzjoniji...
12/12/2024

IPPUBBLIKATI D-DIBATTITI PARLAMENTARI TA’ MALTA REPUBBLIKA

Prof. Raymond Mangion, li kiteb Studju dwar il-Kostituzzjonijiet ta’ Malta (1921-1974) fil-ktieb MALTA REPUBBLIKA - ID-DIBATTITI PARLAMENTARI ippreżenta kopja tal-ktieb lill-Ispeaker tal-Parlament Dr Anġlu Farrugia. Il-ktieb fih id-dibattiti Parlamentari bejn it-3 u t-13 ta' Diċembru 1974 bl-interventi tad-Deputati Parlamentari kollha miż-żewġ naħat tal-Kamra dwar il-Kostituzzjoni tar-Repubblika.


Dr. Anġlu Farrugia fakkar li dakinhar 50 sena ilu kien preżenti fost il-folla fi Pjazza San Ġorġ meta 49 deputat minn 55 ivvotaw favur Malta Repubblika. Dan kien mument rari meta l-Parlamentari qiesu biss l-interess nazzjonali. L-Ispeaker qal li llum dan is-sentiment għandu jispira lir-rappreżentanti Parlamentari taż-żewġ naħat biex flimkien nilqgħu għall-isfidi li jinqalgħu u flimkien infasslu s-soluzzjonijiet għall-ġejjieni għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.

META KARMENU RIED LIL GEORGE VELLA MEXXEJ LABURISTA
10/12/2024

META KARMENU RIED LIL GEORGE VELLA MEXXEJ LABURISTA

Former prime minister was reserved and stubborn but fought for what he truly believed in

08/12/2024

KARMENU: Il-Verità, xejn anqas mill-Verità fil-Palazz tal-President San Anton

Michel Bencini (lemin),neputi ta’ Ġanni Bencini, wieħed mill-fundaturi tal-Partit Laburista, li llum jgħix Toronto l-Kan...
05/12/2024

Michel Bencini (lemin),neputi ta’ Ġanni Bencini, wieħed mill-fundaturi tal-Partit Laburista, li llum jgħix Toronto l-Kanada żar Malta għal btala. F’Malta Michel iltaqa’ ma’ Francis Galea, l-awtur ta’ BEJN L-ERBA’ ĦITAN TAL-PARTIT LABURISTA u ma’ Michael Buhagiar, riċerkatur li kien sab il-kuntratt oriġinali fejn Karmena Bencini kienet strumentali biex twaqqaf il-Partit Laburista fl-1920. Michel Bencini għadda ritratti ta’ Karmena Bencini mill-kollezzjoni privata tiegħu u informazzjoni ġdida dwarha lil SKS biex inkludiethom fil-ktieb ta’ Francis Galea.

01/12/2024

F’Jum ir-Repubblika se jiġi mniedi MALTA REPUBBLIKA – ID-DIBATTITI PARLAMENTARI, ktieb ġdid tal-SKS bl-interventi tar-rappreżentanti tal-Gvern Laburista u tal-Oppożizzjoni fil-Parlament bejn it-3 u t-13 ta’ Diċembru 1974 meta l-maġġoranza l-kbira tar-Rappreżentanti tal-poplu vvotaw f....

MALTA REPUBBLIKAId-Dibattiti ParlamentariX’intqal 50 sena ilu mill-protagonisti li ivvutaw favur u kontra Malta Repubbli...
01/12/2024

MALTA REPUBBLIKA
Id-Dibattiti Parlamentari

X’intqal 50 sena ilu mill-protagonisti li ivvutaw favur u kontra Malta Repubblika

OFFERTA TA’ QABEL IL-PUBBLIKAZZJONI - €10

13 TA’ DIĊEMBRU,
Ċentru Nazzjonali Partit Laburista, 10am – 12pm

Iltaqa’ ma’ Prof. Raymond Mangion, li kiteb Studju għall-ktieb Il-Kostituzzjonijiet ta’ Malta 1921-1974

Mill-14 ta’ Diċembru
€25 mill-ħwienet tal-kotba
jew onlajn minn www.skspublishers.com


MALTA REPUBBLIKAID-DIBATTITI PARLAMENTARI
30/11/2024

MALTA REPUBBLIKA

ID-DIBATTITI PARLAMENTARI

27/11/2024
Author Aleks Farrugia in a series of readings abroadThe author Aleks Farrugia, who was nominated for the European Union ...
21/11/2024

Author Aleks Farrugia in a series of readings abroad

The author Aleks Farrugia, who was nominated for the European Union Prize for Literature with his novel ‘Ir-Re Borg’, has held a series of public readings abroad.
Aleks Farrugia was guest of the European Parliament Cultural programme and read parts of ‘Ir-Re Borg’ at the Citizens’ Garden in Brussels. On this occasion he was also interviewed by Denise Chircop.
Aleks Farrugia was also guest at the Cultural Centre of the city of Lublin in Poland, where he read his short-story ‘Toto’ discovers Malta’, from his collection of short stories ‘Għall-Glorja tal-Patrija!’. This collection won the short-story section of the National Book Prize in 2020. The reading was accompanied by audio-visuals of prehistoric sites in Malta.
Farrugia again read parts of ‘Ir-Re Borg’, translated to English by Martin Bugelli, as guest of ‘Glow-Up’ as festival celebrating democracy and the arts held in Cologne, Germany. Farrugia’s novel drew the attention of the festival organisers because of the way it treats the question of populism in politics.
Later this month Aleks Farrugia will be reading from ‘Ir-Re Borg’ in the Maltese Embassy in Brussels.
‘Ir-Re Borg’, ‘Għall-Glorja tal-Patrija!’ and ‘Capricious Tales from Malta’ have been published by SKS.

L-awtur Aleks Farrugia f’sensiela ta’ qari barra minn MaltaIl-kittieb Aleks Farrugia, li kien nominat għall-Premju tal-U...
21/11/2024

L-awtur Aleks Farrugia f’sensiela ta’ qari barra minn Malta

Il-kittieb Aleks Farrugia, li kien nominat għall-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura bir-rumanz tiegħu “Ir-Re Borg”, kellu sensiela ta’ qari barra minn xtutna matul din is-sena.
Aleks Farrugia qara siltiet minn “Ir-Re Borg” fis-Citizens’ Garden tal-Parlament Ewropew fi Brussell. Dan bħala parti mill-programm kulturali organizzat mill-Parlament Ewropew. Għal din l-okkażjoni Farrugia kien ukoll intervistat minn Denise Chircop.
Aleks Farrugia kien ukoll mistieden fiċ-ċentru kulturali tal-belt ta’ Lublin fil-Polonja, fejn qara l-istorja “Toto Jsib lil Malta” mill-ġabra ta’ stejjer “Għall-Glorja tal-Patrija!”, liema ġabra kienet rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fis-sezzjoni tan-novelli fl-2020. F’din is-serata ta’ letteratura u mużika, intwerew xeni ffilmjati u li juru l-wirt prestoriku Malti li titratta din l-istorja.
Farrugia reġa’ qara siltiet minn “Ir-Re Borg”, tradotti għall-Ingliż minn Martin Bugelli, bħala parti mill-festival ‘Glow-Up’ f’Cologna fil-Ġermanja. Dan il-festival, li jiċċelebra d-demokrazija permezz tal-arti, għażel ir-rumanz ta’ Farrugia għall-mod li bih jittratta l-populiżmu fil-politika kontemporanja.
Aktard dax-xahar Aleks Farrugia se jkun qed jaqra minn “Ir-Re Borg” fl-ambaxxata Maltija fi Brussell.
Il-kotba ta’ Aleks Farrugia: ‘Għall-Glorja tal-Patrija!’ u t-traduzzjoni bl-Ingliż ‘Capricious Tales from Malta’, kif ukoll ‘Camerata!’ u ‘Ir-Re Borg’ ġew ippubblikati minn SKS.

Kien hemm domanda straordinarja fil-Festival tal-Ktieb għall-ktieb ĊIMITERJI F'MALTA ta' Gino Muscat Azzopardi bi Studju...
10/11/2024

Kien hemm domanda straordinarja fil-Festival tal-Ktieb għall-ktieb ĊIMITERJI F'MALTA ta' Gino Muscat Azzopardi bi Studju Storiko-Legali ta' Prof. Raymond Mangion.

08/11/2024

Two years after his death, SKS publish 'Karmenu: il-verità xejn anqas mill-verità’

ILTAQA’ MAL-PROF. RAYMOND MANGION fil-Festival tal-Ktieb, SKS Stand il-Ħadd, 10 ta' Novembru, 10am
07/11/2024

ILTAQA’ MAL-PROF. RAYMOND MANGION fil-Festival tal-Ktieb, SKS Stand il-Ħadd, 10 ta' Novembru, 10am

Riċerkat u miktub minn GINO MUSCAT AZZOPARDI Studju Storiku-Legali u Żjidiet - Raymond MangionDan il-volum ilu jistenna ħamsin sena biex jara d-dawl. L-awtur tiegħu Ġino Muscat Azzopardi kien ħaddiem tal-pinna mill-aqwa kemm tal-proża kif ukoll tal-poeżija. Kien fost l-ewwel attivisti u fund...

06/11/2024

SKS - Book Festival 2024

L-ERBGĦA 6 TA' NOVEMBRU 22.35HRS FUQ ONE TVKARMENUONE TV se jxandar is-serata mużiko-letterarja li ittellgħet waqt it-tn...
05/11/2024

L-ERBGĦA 6 TA' NOVEMBRU 22.35HRS FUQ ONE TV

KARMENU

ONE TV se jxandar is-serata mużiko-letterarja li ittellgħet waqt it-tnedija tal-ktieb KARMENU: Il-Verità, xejn anqas mill-Verità fil-Palazz tal-President San Anton. Anthony Ellul jaqra siltiet mill-kitbiet ta’ Karmenu Mifsud Bonnici, Mro. Dominic Galea jesegwixxi siltiet mużikali, Joe Borg jirrakkonta l-aħħar laqgħa li kellu ma’ Karmenu Mifsud Bonnici u Prof. Yosanne Vella tagħmel analiżi tal-24 rakkont fil-ktieb. Titilfuhx.

Address

Centru Nazzjonali Laburista, Triq Milend
Il-Hamrun

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when SKS Publishers posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Videos

Share